PC Zone Malta
Kompjuters, PCs tal-gaming u tiswijiet il-Ħamrun, mill-2006.
PC Zone huwa ħanut tal-kompjuters il-Ħamrun mill-2006. Inbigħu laptops, desktops u PCs tal-gaming, partijiet, monitors, printers u linka, networking u aċċessorji. Il-prezzijiet kollha jinkludu l-VAT.
PCs tal-gaming
Il-PCs tal-gaming tagħna nibnuhom u nittestjawhom hawn fil-ħanut. Trid PC kif tridu int? Ibgħatilna l-lista tal-partijiet, jew il-baġit u għal xiex se tużah: niċċekkjaw li l-partijiet jaqblu, nibgħatulek kwotazzjoni bil-VAT u nibnuh għalik.
Tiswijiet
Ġib il-laptop jew il-PC fil-ħanut: l-ewwel niċċekkjawh u ngħidulek x'għandu u kemm jiswa, imbagħad tiddeċiedi int. Il-partijiet li npoġġu għandhom sentejn garanzija, u ħafna mit-tiswijiet ikunu lesti l-istess jum jew l-għada. Nibgħatulek messaġġ fuq WhatsApp meta jkun lest.
Ordna online
Il-ħanut online huwa bl-Ingliż. Tista' tordna mill-website u tiġbor il-Ħamrun (ordnijiet qabel l-4 ta' wara nofsinhar ikunu lesti l-istess jum), jew inwasslulek Malta u Għawdex. Tħallas bil-card (Visa, Mastercard), b'bank transfer jew fil-ħanut meta tiġbor.
Fejn insibuna
| Indirizz | 31, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun HMR1019 |
| It-Tnejn sal-Ħamis | 9:00–18:00 |
| Il-Ġimgħa | 9:00–17:00 |
| Is-Sibt, il-Ħadd u l-festi pubbliċi | magħluq |
Nitkellmu bil-Malti, bl-Ingliż, bit-Taljan, bl-Ispanjol u bil-Portugiż.
